BlueGlobe International
My status

Translation Services

Translation Services

Career With BlueGlobe

Banner
Banner
Banner

SAIC

"SAIC is a FORTUNE 500® scientific, engineering, and technology applications company that uses its deep domain knowledge to solve problems of vital importance to the nation and the world, in national security, energy and the environment, critical infrastructure, and health. BlueGlobe International LLC consistently provides language services on a global scale which meet the strict vendor standards required by SAIC."


Fulbright

"BlueGlobe cares .. our expectations were exceeded with accuracy and promptness. A long term relationship will benefit our firm and yours."


Crowell-moring

"Thanks again for extra-ordrinary services."


AAAS

"Friendly staff combined with unusual promptness and services will see our association always requesting BlueGlobe."

* For Translation - click flag

Servizzi ta’ Traduzzjoni bil-Malti

US

BlueGlobe International -toffri tradutturi kwalifikati Maltin

It-tradutturi professjonisti Maltin tagħna jipprovdu servizzi ta’ traduzzjoni b’għarfien profond tal-lingwa tas-sors, tal-lingwa ta’ mira u tas-suġġett. Permezz tal-kuntrattazzjoni ta' tradutturi Maltin b'esperjenza u kapaċitajiet għoljin, għand BlueGlobe nistgħu nittraduċu kwalunkwe tip jew daqs ta' proġett, inklużi: websajts, ittri elettroniċi, ittri, magazins, dokumenti legali, ġurnali mediċi, manwali tekniċi, kotba, riċetti, menus, eċċ. ..saħansitra tatwaġġi! Konsegwentement, aħna nittraduċu proġetti minn firxa wiesgħa ta’ oqsma: dawk legali, finanzjarji, mediċi, tekniċi, tal-kummerċjalizzazzjoni, eċċ. Għand BlueGlobe nagħtu attenzjoni kbira biex jiġu evitati żbalji fit-traduzzjoni u b’hekk nistgħu nassiguraw lill-klijenti li l-materjal kollu sottomess jiġi tradott biss minn tradutturi li lingwa nattiva tagħhom huwa l-Malti. It-traduttur assenjat għall-proġett irid ikollu esperjenza ppruvata u għarfien speċifiku fil-qasam tal-proġett tal-klijent. Minbarra t-tagħrif bażiku, it-traduttur irid jagħraf jislet mil-lingwa s-sintassi eżatta biex tinkiseb traduzzjoni perfetta.

Contact Us Qed tfittex Karriera?

Inti professjonist b’talent li għandek għarfien tas-servizzi lingwistiċi? Jekk iva, nistednuk timla l-applikazzjoni onlajn fuq din il-websajt! Dan huwa servizz b’xejn, faċli u jeħodlok biss minn 5 sa 7 minuti.

Contact Us Qari tal-Provi Professjonali!

Inti għandek kwalifiki u esperjenza bħala qarrej tal-provi? Studjajt jew tħarriġt f'qasam speċifiku? Ingħaqad mat-tim tagħna ta' qarrejja tal-provi li għandhom interess qawwi fix-xogħol tagħhom!

Contact Us Għarfien espert

Għand BlueGlobe International ma nikkuntentawx ruħna bi ftit. L-istandard normali tagħna huwa ta’ kwalità għolja. Il-klijenti tagħna jibqgħu jiġu għandna minħabba l-firxa wiesgħa ta’ għarfien espert.

 
Contact Us Ikkuntattjana

Kumpaniji madwar id-dinja għandhom fiduċja fina -
... u dalwaqt inti wkoll

Telefown:
+1.541.330.0450
+55.21.2262.1793
+91.172.2561020
Mowbajl:
+1.541.306.7420
+55.21.2262.1793
+91.981.4535577
Faks (USA-Argentina-India):
+1.541.330.0451
+55.21.2262.1793
+91.172.2561020

www.blueglobetranslations.com

 

Noffru Servizzi ta’ Traduzzjoni -
… f’mijiet ta’ lingwi

Għarbi Ebrajk
Ċiniż Taljan
Olandiż Ġappuniż
Ingliż Latin
Franċiż Portugiż
Ġermaniż Russu
Grieg Spanjol
Il-Lingwi Kollha

Professional Translation Services Company

Request a Quote

Għaliex BlueGlobe International?

Għaliex aħna kburin bix-xogħol tagħna u nagħtu importanza lir-riżultati! Bħala mexxejja fis-suq internazzjonali tas-servizzi lingwistiċi (traduzzjoni, interpretazzjoni, copywriting, lokalizzazzjoni, eċċ.), aħna kapaċi noffru servizzi fuq skala globali kemm lill-individwi kif ukoll lin-negozji. Sabiex nagħtu lill-klijenti tagħna traduzzjonijiet li huma 100% preċiżi, għandna sensiela ta’ kontrolli tal-kwalità f’kull stadju tat-traduzzjoni. Is-serħan il-moħħ tal-klijent huwa importanti għal BlueGlobe u żgur li l-klijent jirċievi l-kwalità li ħaqqu u li jistenna minna.

  • Mijiet ta’ Lingwi Ewlenin minn madwar id-dinja kollha
  • L-Ispeċjalizzazzjonijiet Kollha
  • L-Aktar Rati Kompetittivi
  • Servizzi ta’ Kwalità
  • L-Ogħla Livell ta' Kura tal-Klijent
  • L-aktar kumpanija tat-traduzzjonijiet fid-dinja li qed tikber b’rata mgħaġġla
  • Mijiet ta’ Fornituri ta’ Servizzi Lingwistiċi ppruvati
  • Kunċett ta’ Tim mill-Bidu sat-Tmiem
  • Disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa

Il-Programm tagħna jimxi fuq 10 passi ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità

Il-programm tagħna ta‘ assigurazzjoni tal-kwalità f’kull stadju ta’ proġett jiggarantixxi kwalità eċċellenti għall-proġetti kollha ta’ traduzzjoni bil-Malti

  1. Il-proġett ta’ traduzzjoni bil-Malti jiġi analizzat minn maniġer tal-proġett kompetenti
  2. Il-maniġer tal-proġett ifassal pjan dettaljat tat-traduzzjoni
  3. Il-proġett ta’ traduzzjoni jiġi assenjat lil traduttur professjonali
  4. Tissawwar dejtabejż tat-terminoloġija esklussivament għall-proġett
  5. Jiġi pprogrammat programm CAT għall-proġett
  6. Il-proġett jinqaleb għall-Malti
  7. Il-kontrolli ta’ kwalità ma jonqsux
  8. It-traduzzjoni titqiegħed fil-format mitlub (DTP)
  9. Jinqraw il-provi tat-traduzzjoni kollha għat-tieni darba minn kelliem nattiv
  10. Issir reviżjoni finali mit-traduttur u l-maniġer tal-proġett - Il-Klijent jingħata t-traduzzjoni

In-netwerk globali tagħna ta’ tradutturi professjonisti kwalifikati u ta’ ħila, jassigura l-kapaċità ta’ BlueGlobe li noffru servizz fil-ħin anki f’każ ta’ proġetti kbar bi skadenza mgħaġġla ħafna. Huma liema huma r-rekwiżiti tat-traduzzjoni mil-lingwa oriġinali għal-lingwa ta’ mira: mill-Malti għall-Ingliż (Stati Uniti), Ingliż (Stati Uniti) għall-Malti, jew kwalunkwe taħlit ta’ lingwi oħra (Ċiniż-Taljan, Daniż-Ġappuniż, eċċ.), il-preċiżjoni u l-kwalità tal-proġett tiegħek ta’ traduzzjoni huma ggarantiti għand BlueGlobe International.

Rati għat-traduzzjoni - lingwa Maltija

Għadd ta’ fatturi (speċifiċità tat-test, data tal-skadenza mitluba, għadd ta’ kliem, format tad-dokument, eċċ.) jaffettwaw il-prezz ta’ proġett ta’ traduzzjoni. Għal stima preċiża, kemm tikklikkja fuq ‘Request a Quote’ u timla l-formola onlajn. Il-fajls tad-dokument jistgħu jintbagħtu bil-posta elettronika bl-istess mod u magħhom għandek tinkludi l-informazzjoni u d-dokumentazzjon meħtieġa għal stima preċiża, u dan kollu mingħajr spejjeż moħbija oħra.

Għand BlueGlobe International qegħdin dejjem hemm biex naqdu lill-klijenti tagħna, 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa! Il-personal tagħna jagħmel dak kollu possibbli biex jgħinek fil-proġett tiegħek.

Operatur tat-Telefown tal-Lingwi
Ingliż
+1.541.330.0450 (USA)

L-għajnuna b’email (24/7) hija offruta bl-
Ingliż - Russu - Spanjol - Ċiniż - Franċiż - Ġappuniż
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

u Servizz

Il-privatezza tal-klijenti tagħna hija importanti ħafna għalina ta’ BlueGlobe International. Aħna niggarantixxu li d-dokumenti, proġetti, emails, ittri, dokumentazzjoni, eċċ, jinżammu taħt linji gwida ta' privatezza riġidi ħafna. L-għan tagħna hu li kull klijent iħossu komdu u kunfidenti bis-servizzi tagħna. Jekk jogħġbok żur il-websajt tagħna u ara l-Politika ta' Privatezza tagħna. Din il-paġna tinforma lill-klijenti dwar it-tip ta' informazzjoni li niġbru, kif din tiġi mħarsa u l-għażliet kollha tal-klijent dwar kif tintuża l-informazzjoni. Inħeġġuk tniżżel il-Politika ta’ Privatezza tagħna biex tifhem aħjar l-impenn totali tagħna għas-servizzi u l-privatezza. Ovvjament, aħna napprezzaw il-fehma u l-parteċipazzjoni tiegħek! Permezz taż-żamma ta’ livell għoli ta’ integrità u impenn sħiħ lejn is-servizz, għand BlueGlobe bnejna klijentela li tafda l-kumpanija tagħna espliċitament bi proġetti u informazzjoni personali. Il-klijenti li jerġgħu jużaw is-servizzi tagħna huma l-aqwa garanzija ta' dan.

Maqlub għall-Malti minn Rosalba Ebejer Catania

 

feed-image Feed Entries

Get your FREE QUOTE now or call us directly at 1.541.330.0450 or 541.213.8526 (USA)


Warning: session_write_close() [function.session-write-close]: write failed: Disk quota exceeded (122) in /home/blueglob/public_html/libraries/joomla/session/session.php on line 556

Warning: session_write_close() [function.session-write-close]: Failed to write session data (files). Please verify that the current setting of session.save_path is correct (/tmp) in /home/blueglob/public_html/libraries/joomla/session/session.php on line 556